San Nikola u San Cassiano
u l-Libsa Bajda tal-Ä enna
Storja qasira Russa Favorita tal-Filosfu Vladimir Solov'ev
Kitba ta’ Nikol Aquilina
Ippublikat fil-ktieb tas-Soċjeta' għall-festa 2016
Filwaqt li daħlu fil-ġenna, San Nikola u San Cassiano ddeċidew li jinżlu jagħmlu passiġata fid-dinja. Filwaqt li kienu qed jimxu fl-għelieqi u t-toroq imtajna tar-Russja, iltaqgħu ma bidwi li l-karru tiegħu weħillu fit-tajn. Il-bidwi talab lil San Cassiano jagħtih daqqa t' id biex jgħinu jaqla l-karru mill-ħama.
​
San Cassiano, tqarras u rrispondieh; "Int miġnun. Jekk ngħinek inħammeġ il-libsa li għandi tal-ġenna." Il-bidwi allura dar fuq San Nikola, imma wara li kellu r-risposta tal-qaddis l-ieħor tah biss ħarsa. San Nikola xammar il-kmiem, niżel fit-tajn u għen lill-bidwi biex jaqilgħu l-karru mit-tajn.
​
Wara li għen lill-bidwi, imċappas bil-ħama kif kien daħal il-ġenna mill-ġdid. Il-Mulej rahom ġejjin u allura għajjat lil San Cassiano u qallu: "Fejn mortu?" Il-qaddis qallu: "Għamilna passiġata madwar ir-Russja li bħalissa mimlija kollha tajn. Bidwi talabni l-għajnuna biex jaqla l-karru mit-tajn, imma jien qagħadt attent biex ma niċċappasx u għalhekk stajt niġi lura mingħajr ma nħammeġ ħwejġi." B' hekk San Cassiano deher sodisfatt bl-aħħar kliem li qal, għax ħaseb issa kif kien ser jilqa' ħażin lil San Nikola.
​
Il-Mulej dar fuq San Nikola u staqsieh: "Nikola hemm xi gralek biex tidher ifl-ġenna bi ħwejġek kollha ħmieġ?" Nikola rrisponda billi qallul-istorja: "Lili wkoll il-bidwi talabni biex ngħinu jaqla' l-karru mit-tajn u billi għentu intlejt kolli tajn."
​
San Cassiano ħareġ sorpriż bid-deċiżjoni tal-Mulej li ma ċanfarx lil San Nikola. Il-Mulej qallu "Int għax ma ridtx tgħin lill-povru bidwi ser nagħmillek festa kull erba' snin (fid-29 ta' Frar) u lilek Nikola li ridt tgħin lil-bidwi, ser nagħmillek festa darbtejn fis-sena."
​
Infatti fir-Russja jagħmlu l-festa ta' San Nikola fil-ħarifa (6 ta' Diċembru) u San Nikola fir-rebbiegħa (9 ta' Mejju).